Servizzi għall-vittmi ta’ reat kriminali fil-Victoria – Malti

Il-Linja tal-Għajnuna (Helpline) għall-Vittmi ta’ reat kriminali tal-Gvern ta’ Victoria toffri informazzjoni, pariri u sapport bla ħlas għalik u għall-familja tiegħek.

Il-Linja ta’ Għajnuna għall-Vittmi ta’ Reat Kriminali

Miftuħa: 8am–11pm, 7 ijiem fil-ġimgħa
Ċempel: 1800 819 817
Text: 0427 767 891
Email: vsa@justice.vic.gov.au (External link)

Ċempel, ibgħat text jew email lil-Linja tal- Għajnuna biex:

  • issir taf kif tirraporta reat kriminali lill-pulizija
  • issib servizzi oħra li jistgħu jgħinuk
  • tikseb informazzjoni dwar kif taħdem is-sistema tal-ġustizzja fil-Victoria
  • tikseb sapport jekk għandek bżonn tkun xhud fil-qorti
  • takwista għajnuna biex tapplika għal kumpens u għajnuna finanzjarja – jekk inti eliġibbli
  • issir taf x’tista’ tagħmel biex iżżomm lilek u lill-familja tiegħek siguri.

Jekk tinsab fil-periklu issa stess, ċempel lill-pulizija fuq Zero Tripplu (000). Tista' wkoll tmur f'għassa tal-pulizija.

Aħna ngħinu lin-nies f’ħafna sitwazzjonijiet differenti

Kull sena, aħna ngħinu eluf ta' nies ta' etajiet, sessi u sfondi differenti li huma vittmi ta’ atti kriminali.

Nistgħu ngħinu anke jekk ma tridx tirrapporta reat lill-pulizija

dwar xi reat. Huma jieħdu r-rapport tiegħek bis-serjetà u jippruvaw isibu l-persuna li għamlet reat. Jistgħu wkoll jipproteġuk.

Jekk m'intix lest li tagħmel rapport jew int inkwetat dwar li tkellem lill-pulizija, il-Linja ta’ Għajnuna se:

  • titkellem miegħek u tifhem is-sitwazzjoni tiegħek
  • issib servizzi li jistgħu jgħinuk, anke jekk ma tridx tirrapporta r-reat kriminali
  • jgħinek titkellem mal-pulizija, jekk tkun trid.

Tista' tuża interpretu

Il-Linja ta’ Għajnuna tista’ tipprovdilek interpretu bla ħlas jekk ikollok bżonn wieħed. Tista' wkoll titlob lil xi ħadd ieħor biex iċempel il-Linja ta’ Għajnuna biex iġibu interpretu għalik.

Biex tikseb interpretu:

  1. ċempel il-Linja ta’ Għajnuna fuq 1800 819 817
  2. għidilhom ismek, in-numru tat-telefown u l-lingwa
  3. interpretu jċempillek lura.

Meta l-interpretu jċempillek, in-numru tiegħu jista' jkun muri bħala 'numru privat', 'imblukkat' jew 'no caller ID’ ('private number', 'blocked' or 'no caller ID') fuq il-mowbajl tiegħek.